
Nhar il-31 ta’ Jannar gewwa l-Palazz ta’ Sant’Anton, se tittella’ attivita minn sensiela ta’ attivitajiet li l-Malta Community Chest Fund qed thejji fil-Kalendarju Taghha ghal din is-sena.
Sant Anton maghruf li huwa wiehed mill-akbar gonna tas-sigar tal-laring li hawn f’Malta u ghalhekk din is-sena, se tittella festa tac-Citru gewwa l-Palazz ta’Sant’Anton.
Se tkun gurnata ta’ Attivita fejn flimkien ma’ Naturalment Malti, li minn zmien ghall zmien jorganizzaw dawn ix-xorta ta’ attivitajiet, wiehed se jkollu l-opportunita’ li barra li jzur dan il-gnien tal-laring, jista wkoll jsegwi diversi attivitajiet li se jkunu ghaddejja matul il-gurnata fosthom : esebizzjoni dwar ricetti mic-citru bhal marmalade, ilma zghar, kejkijiet , u tip ta’ ikel iehor, awdjo visiv dwar ic-citru u esebizzjoni ta’ annimali. Wiehed jista jixtri l-laring u jkun qieghed jikontribwixxi lejn il-Malta Community Chest Fund.
Se jkun hemm diversi attivitajiet ghat-tfal fosthom face painting u wkoll pony rides.
Il-lokalitajiet tal-madwar, Hat-Attard, Hal-Lija u Hal-Balzan se jkunu wkoll qed jippartecipaw f’din l-attivita’ li tibda mill-ghaxra ta’ fil-ghodu sal-erbgha ta’ wara nofs inhar.