News

Malta Community Chest Fund animated banner

IL-PRESIDENT U S-SINJURA ABELA JOSPITAW IL-BALLU TAL-AUGUST MOON FIL-PALAZZ TA’ VERDALA

(02 August 2009)

‘Grazzi talli attendejtu u grazzi li b’dal ġest qed tgħinu lil Malta Community Chest Fund li tant għandha ħtieġa ta’ Fondi biex tgħin lil dawk li tant għandhom bżonn.’ - Dan qallu l-President George Abela waqt li rringrazzja lil dawk preżenti għal din l-okkazjoni.

Fost mistednin distinti kien hemm preżenti l-Prim Ministru u s-Sinjura Gonzi, il-Prim Mħallef u s-Sinjura Degaetano, l-Kap tal-Oppozizjoni u s-Sinjura Muscat u l-President Emeritus u s-Sinjura Fenech Adami. Kien hemm ukoll persuna li attendew għal din l-okkazjoni għall-ewwel darba.  
Din kienet l-ewwel attivita’ minn sensiela ta’ attivitajiet taħt din il-Presidenza organizzata mill-Malta Community Chest Fund u l-membri li ilhom jaħdmu għal numru ta’ ġimgħat, esprimew sodisfazzjon li minbarra l-attendenza ta’ 900 mitt ruħ, kien hemm ukoll waiting list ta’ persuni li xtaqu jattendu għal din l-okkazjoni. Waqt is-serata nġabru 10,000 ewro f’donazzjonijiet minn dawk preżenti u dawk li pparteċipaw f’raffle b’rigali mogħtija minn Hamilton Travel Ltd, cruise għal żewġ persuni fuq l-MSC Splendida, kullana bi djamant mingħand Diamonds International u pittura mogħtija mill-artist John Martin Borg. Ingħataw wkoll pittura minn Technoline Ltd u weekend break minn Radison SAS Bay Point. Ħajr speċjali jmur lil Marsovin u lil Island Caterers għas-sapport tagħhom.
L-attivita’ li jmiss fil-kalendarju tal-Malta Community Chest Fund hija Ir-ROCKESTRA li se tittella’ taħt it-tinda ta’ Qali fejn se jipparteċipaw kantanti lokali bħal Jotham ta’ Scream Daisy, The Riffs, Pawlu tal-Fakawi, Maria Abela, Claire Caruana, kor tat-tfal li jikkonsisti f’280 tifel u tifla bl-akkumpanjament tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali.  Din l-attività se tkun waħda rock mir-repertorju ta’ Queen, Beatles u gruppi ta’ snin 70 li jinżlu tajjeb ma’ kull età. Id-Donazzjoni se tkun ta’ 10 ewro u t-tfal jidħlu b’xejn. Rockestra se tittella’ fit-12 ta’ Settembru b’li skop ewlieni li jkomplu jinġabru iktar fondi għall-Malta Community Chest Fund.