News

Malta Community Chest Fund animated banner

Il-President George Abela jippresiedi Konferenza Stampa dwar L-Istrina 2009

(27 July 2009)

Intlahhaq ftehim bejn il-Malta Community Chest fund u l-PBS sabiex L-Istrina tigi organizzata mill-Malta Community Chest Fund. Dan il-ftehim sar sabiex tigi regolata ir-relazzjoni bejn il-PBS u l-MCCF, l-organizzazjoni ewlenija fil-pajjiz li tiehu hsieb tqassam lil dawk fil-bzonn.

Il-PBS barra li qed joffri l-ispazju biex tixxandar l-Istrina fuq l-Istazzjon Nazzjonali se joffri wkoll spazju ta’ hin biex jixxandar ir-riklamar li ghandu x’jaqsam ma l-Istrina. L-istazzjonijiet privati wkoll se jkollhom bhas-snin moghdija ic-cans li jiehdu feed u jxandru wkoll dak li jkun ghaddej dak inhar ta’ L-Istrina.

Il-President George Abela spjega li l-ghaqdiet filantropici se jkollhom opportunita’ permezz ta’ sejha, sabiex jissottomettu it-talbiet taghhom ghall-ghajnuna. Wara, bord mahtur mill-Malta Community Chest Fund jevalwa it-talbiet u jintghazlu dawk li jkunu se jibbenifikaw. Zewg rapprezentanti mill-bord tal-PBS se jkunu mahtura biex jiffurmaw parti mill-bord tal-Malta Community Chest Fund.

Il-President George Abela rringrazzja lil Onorevoli Ministru Dolores Cristina tas-sapport sabiex dan il-ftehim gie milhuq u wkoll lil membri tal-bord kemm tal-PBS kif ukoll tal-MCCF. Irringrazzja wkoll lil Dr. Clare Thake Vassallo, Chairman tal-PBS.

Il-Ministru Dolores Cristina qalet li kien dover taghha li tghin lil MCCF li tant taghti sapport lil ghaqdiet volontarji u individwi u temmen li se tkun Istrina differenti li ggib lil poplu Malti u Ghawdxi iktar maghqud flimkien.

Ic-Chairman tal-PBS Dr. Clare Thake Vassallo esprimiet li thossha kuntenta li ntlahaq dan il-ftehim u semmiet li l-PBS ilu 15 – il sena jiehu hsieb l-Istrina u tul dawn is-snin ingabru erbatax –il miljun Ewro.


L-ISTRINA, L-GHADA TAL-MILIED. MINGHAJR RIGALI!

“Il-Valur tas-socjeta taghna hu li m’hemmx bzonn tirbah rigali biex tghin lil min hu fil-bzonn. Se nghixu mumenti sbieh li taghti minghajr ma tistenna xejn lura. Ghandu jkun jum ta’ solidarjeta’ u jum ta’ generozita’ mill-poplu Malti u Ghawdxi kollu li jinghaqad ghal ghan wiehed f’din il-gurnata” Dan qallu il-President George Abela fit-tieni parti tal-konferenza stampa meta spjegha kif se tigi organizzata l-Istrina. Il-President Abela zied jghid li il-poplu se jinghat sfida wara dawn is-snin kollha u se jhalli timbru ta’ verament din is-socjeta x’taf toffri. Sostna li meta ghandek l-ghajta tal-batut, il-poplu Malti jikkontribwixxi minghajr ma jistenna li jirbah xi televixin jew xi karozza. Kompla jghid li mhux se jigi accettat l-ebda rigal biex jintrebah, izda white goods bhal cookers, fridges u washing machines ser jintlaqghu sabiex dawn ikunu jistghu jitqassmu matul is-sena ma’ dawk li jaghmlu it-talba taghhom ghal dawn l-oggetti.


L-Istrina se tittella l-ghada tal-Milied u se tixxandar gewwa facilita’ li giet offruta b’xejn mic-CEO Louis Giordimaina tal-Lufthansa Technik. Is-Sur Giordimaina esprima li kien ta’ sodisfazzjoni kbir ghalih u ghall kumpanija li joffru il-facilita’ lil MCCF u ma jafx jekk hux b’koincidenza li fl-4 ta’ April meta inghata l-gurament tal-hatra il-President George Abela, gie wkoll f’dak il-jum inawgurat il-Hangar li fih din is-sena se tigi trasmessa l-Istrina. Il-facilita ghandha spazju ta’ 90metru b’90 metru u dan ifisser bahar ta’ spazju fejn tittella din il-festa ta’ Solidarjeta’. Il-post diga gie iccekkjat minn nies professjonali minhabba akustika.

Il-President George Abela mill-gdid rega’ rringrazzja lil dawk kollha prezenti u awgura hidma tajba lil dawk kollha li se jkunu qed jahdmu sabiex l-Istrina tkun success.